Ftit ilu sirna nafu li Clara Farrugia mhux ser tkun qed tifforma parti mit-tim tal-Awla fuq ONE. Dan hekk kif issa saret omm u għaldaqstant il-priorità tmur għal bintha Hazel.
Fuq il-paġna uffiċjali ġie ppubblikat ritratt imċajpar li juri l-personalità li ser tissieħeb fl-Awla ma’ Luke Dalli u t-tim tiegħu. Huma kitbu, “Ħafna minnkom jiftakruha fuq diversi programmi fil-passat. Mit-30 ta’ Settembru ser tingħaqad magħna.” Mix-xebħ u mill-kriterji li tawna, aħna wasalna għall-konklużjoni li tista’ tkun l-attriċi Audrey Mizzi, iżda għad irridu nikkonfermaw
U fil-fatt hi kkonfermata. Qegħdin naġġornaw hawn li uffiċjalment Audrey Mizzi ser tkun qed tissieħeb mat-tim ta’ Luke Dalli u Wayne Sammut waqt Awla minn Ottubru li ġej! Nawgurawlha f’dan il-vjaġġ ġdid waqt dan il-programm li tant ħoloq interess fil-pubbliku.