7R Lifestyle Malta kontinwament jinsabu għaddejjin bil-missjoni tagħhom li jiġġieldu favur ambjent san u nadif fil-gżejjer Maltin. Sfortunatament l-isforz tagħhom biss mhux biżżejjed biex iwaqqaf il-vandaliżmu u d-disrispett lejn l-ambjent li rridu ngawdu int u jien.
It-tim jikteb fuq il-paġna tiegħu, "Rimi kontinwu dejjem jinġema'. Dan post li fih saru diversi dumping ta' skart tal-kostruzzjoni, munzell wara ieħor li tnaddfu mill-Cleansing mit-taxxi tal-poplu u anki minnha stess."
Ikomplu jiktbu, "Azzjoni ZERO mill-awtoritajiet biex dan jiġi mrażżan - wara 3 snin li ilna għaddejjin. Xejn mhu protett fir-realta'..." Din hi għajta li qatt ma waqaf jipprova jwassal dan it-tim.
Jagħlaq bil-kliem, "Issa se jerġgħu jħallsu ċ-ċittadini ta' rieda tajba biex jitneħħa u safrattant min remieh franka lira."