“Mhux Biss It-Tmiem Ta’ 17-Il Sena ta’ Niskata, Iżda Wkoll Karriera Ta’ 48 Sena Fix-Xandir” – Angela Agius

Il-preżentatriċi tant maħbuba Angela Agius kitbet messaġġ hekk kif il-kapitlu tagħha fix-xandir ġie fit-tmiem.

“Illum għalaqt kapitlu importanti f’ħajti,” hi kitbet. “Wara 17-il sena nippreżenta Niskata, wasal iż-żmien li ngħid ‘grazzi’.”



“Grazzi minn qalbi lil kull min, b’xi mod jew ieħor, mexa miegħi f’dan il-vjaġġ. Lil sħabi u l-kollegi li ħdimna spalla ma’ spalla, lit-timijiet kollha li ħadmu wara l-kwinti, lis-sponsors li emmnu fija tul is-snin, u fuq kollox lilkom, it-telespettaturi, li daħħaltuni fid-djar tagħkom u tajtuni l-fiduċja u l-appoġġ tagħkom.”

Hi kompliet tgħid, “Din mhix biss it-tmiem ta’ 17-il sena ta’ Niskata, iżda wkoll karriera ta’ 48 sena fix-xandir – snin mimlijin esperjenzi, sfidi, memorji sbieħ u, fuq kollox, nies li ħallew marka f’qalbi.

Inħossni tassew ixxurtjata u grata li stajt nagħmel dak li nħobb għal tant snin. Kull programm, kull intervista, kull daħka u kull mument se jibqgħu miegħi għal dejjem. Grazzi lil kull min kien parti minn dan il-vjaġġ. Mingħajrkom, xejn minn dan ma kien ikun possibbli. Minn qalbi, grazzi.”

Ritratti:

Facebook / Niskata

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI