Danita ta’ One Chick And A Yorkie u r-raġel tagħha Drew qed jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom wara 11-il sena miżżewġa u 8 snin għerusija. Fuq Facebook hi tellgħet sensiela ta’ ritratti bi kliem fuqhom.
“Illum l-anniversarju tagħna,” hi kitbet. “11-il sena miżżewġin u 8 snin għarajjes. Kieku xi ħadd jgħidli, ‘imma kif bqajtu?’, ngħidlek ‘qas jien stess ma naf.’”
“Iżdda li dejjem tħossok liberu tesprimi ruħek, tikkomunika u titkellem mingħajr biża u mingħajr ġudizzju huma fundamentali. Is-sagrifiċċju, l-onestà u r-rispett mhux biss lejn xulxin imma anke lejn il-familji tagħna żammewna dejjem magħquda.”
Awguri Danita u Drew!
Facebook / One Chick and a Yorkie