Is-sit tat-TVM qed tirrapporta li raġel ta’ 41 sena soffra ġrieħi gravi ta’ ħruq fit-tard is-Sibt filgħaxija fil-waqt li kien id-dar tiegħu fl-Imsida. Investigazzjonijiet preliminari qed jindikaw li l-kaġun ta’ dan kien aktarx xemgħa.
Il-pulizija qalu li r-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei madwar nofsilejl. Ġew infurmati dwar l-aċċident il-Ħadd filgħodu kmieni fit-3am.
Inkjesta tinsab għaddejja filwaqt il-pulizija qed jinvestigaw.
TVM