Għaxart ijiem oħra tibda l-100 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest fejn pajjiżna din is-sena mistenni jiġi rrappreżentat mill-kantant bravissimu AIDAN bil-kanzunetta ‘Bella’.
Ftit sigħat ilu, fuq il-midja soċjali l-kantant Malti esprima l-entużjażmu tiegħu hekk kif proprju għada se jkun qed jaqbad triqtu lejn il-belt kapitali Awstrijakka ta’ Vjenna fejn dan l-avveniment mużikali mistenni jingħata l-ħajja.
“Ilkoll għandna ħolma u flimkien nistgħu nwettquha,” saħaq AIDAN hekk kif bosta ħerqana sabiex jaraw x’se tkun ir-reazzjoni tal-popli l-oħra għall-kanzunetta Maltija; liema reazzjoni mistennija tiddetermina r-riżultat ta’ pajjiżna fil-Eurovision Song Contest 2026.
Nawguraw kull suċċess lil AIDAN!
Facebook / AIDAN