Redent Hu R-Rebbieħ Tal-Ewwel Ġimgħa Ta’ Come Dine With Me Malta

Fil-programm tal-bieraħ ta’ Come Dine With Me Malta, ġie mħabbar li l-kontestant Redent huwa r-rebbieħ tal-ewwel ġimgħa ta’ din l-edizzjoni, segwit minn Kimberly li ġiet fit-tieni post u Luca li kklassifika fit-tielet post.

Malli ġie żvelat dan ir-riżultat, Redent ħabbar ukoll li se jaqsam parti mill-premju ta’ €1,000 fi flus kontanti mal-bqija tal-kontestanti għaliex fi kliemu fisser kif “kollha kien jistħoqqilhom jirbħu”.

Redent iddeskriva l-esperjenza ta’ Come Dine With Me Malta bħala waħda “sabiħa ħafna” fejn kompla jesprima l-gratitudni tiegħu.



Prosit, Redent!





Ritratti:

TVMi / Come Dine With Me Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI