“Bqajt Impressjonat Kif Ommi Ma Beżgħetx U Kienet Lesta Għall-Mewt!” – Iben Mary Grech

Il-ġimgħa l-oħra ħarġet l-aħbar ta’ niket li ħalliet din id-dinja l-attriċi veterana Mary Grech fl-età ta’ 88 sena.

F’intervista mal-preżentatriċi Dorianne Mamo waqt TVAM, binha Josef N Grech jitkellem dwar l-aħħar ftit mumenti ta’ ħajjet ommu.

Jistqarr li tħalla impressjonat l-iżjed kif ommu ma kellha l-ebda biża’ mill-mewt iżda għall-kuntrarju t’hekk kienet mimlija kuraġġ u ippreparata għaliex għażlet minflok li tħalli f’idejn il-fidi. Isemmi kif dawn il-mumenti għenu wkoll sabiex isir jaf lil ommu aktar mill-qrib.

Josef jitkellem ukoll dwar il-karattru ta’ ommu li hu jiddeskrivieh bħala wieħed ċajtier u ferrieħi. Mistoqsi liema karatteristiċi tal-għażiża ommu se jibqa’ jgħożż, hu jsemmi li se jżomm f’qalbu l-umiltà, is-sempliċità kif ukoll il-kuraġġ li dejjem uriet.

“Nittama li nibqa’ nġorr l-istess valuri tagħha fil-ħajja tiegħi,” sostna Josef bi tbissima fuq fommu hekk kif beda jiftakar f’fost l-isbaħ memorji tal-mibkija ommu.







Ritratti:

Facebook / TVAM

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI