Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 124 każ ġdid ta’ Covid-19 wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 3,280 test.
Il-gżejjer irreġistraw 141 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela għal 15,101 u n-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 2,657. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 18,027 każ u wettqet 615,617 testijiet.
Il-gżejjer irreġistraw ukoll żewġt imwiet oħra: raġel ta’ 81 sena u mara ta’ 88 sena li mietu f’Mater Dei. It-total ta’ mwiet f’Malta issa laħaq 269.
Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, 31 ta’ Jannar, 27,759 doża tal-vaċċin ġew amministrati lil diversi persuni fil-gżejjer.