Il-personalità lokali Johan Mifsud iddedika kelmtejn profondi fuq il-paġna tiegħu għal kull min iħossu li m’għandu lil ħadd li jiftakar fih. Johan ħa l-ħin biex jgħid lil dawn il-persuni li hu qed jaħseb fihom u jixtiqilhom il-ġid.
Hu kiteb, “Dan il-messaġġ hu għal dawk li ma baqgħalhom lil ħadd, dawk li ħadd ma jiftakar fihom, dawk li jinsabu l-isptar waħedhom jew ma’ uliedhom jiġġieldu kuljum, dawk l-anzjani abbandunati minn kulħadd, u dawk li qegħdin fid-dlam. Xtaqt ngħidilkom li ftakart fikom, u minn hawn nibgħatilkom tgħanniqa kbira u ħafna mħabba u talb. Agħmlu kuraġġ, j’Alla l-Bambin idawwalkom b’ħafna affarijiet sbieħ. Il-Ħadd it-tajjeb sbieħ tiegħi.”
Huwa tassew ġest sabiħ li niftakru f’ħaddieħor.
Facebook / Johan Mifsud