Disinjatriċi Maltija Jirnexxielha Tirbaħ Unur Fil-German Design Awards 2026

Id-disinjatriċi Maltija Olivia Ann Calleja rnexxielha tirbaħ unur prestiġjuż fis-serata tal-German Design Awards tal-2026. L-unur ingħata lilha sabiex tiġi rikonoxxuta l-ħila straordinarja tagħha fl-arkitettura. Il-premju ngħata lilha abbażi tax-xogħol eċċelenti li għamlet fuq villa li tinsab fiċ-ċentru ta’ pajjiżna.

The Business Picture kien fost siti barranin li tkellmu dwar is-suċċess tad-disinjatriċi Maltija. Huma rrikonoxxew li ma kienx faċli sabiex jintrebaħ dan il-premju hekk kif kien hemm element qawwi ta’ kompetizzjoni billi t-talent fost in-nominati kien wieħed straordinarju.

Intant, is-sit barrani kompla jitkellem dwar ix-xogħol ta’ Olivia Ann Calleja u spjega f’dettall it-traġitt li hi kellha tgħaddi minnu sakemm ix-xogħol tagħha ngħata dan ir-rikonoxximent tant prestiġjuż.

Prosit tassew!







Ritratti:

Facebook / Olivia Ann Calleja – Lighting, Interior & Exterior Design u The Business Picture

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI