“Qatt Ħsibtu Għalxiex Xi Nies Jaqbdu U Jiftħu Qalbhom Magħkom?” – Janet Zahra Walker B’Kelmtejn Profondi

L-attivistà Janet Zahra Walker qasmet messaġġ dwar ħsibijiet profondi fuq il-paġna tagħha, fejn bdiet tirrifletti dwar għaliex xi persuni jagħżlu li jiftħu qalbhom magħha.

Hi kitbet, “Qatt ħsibtu għalxiex xi nies jaqbdu u jiftħu qalbhom magħkom? Kelli xi ftit mumenti dan l-aħħar fejn nies li bilkemm nafhom qaluli l-istorja ta’ ħajjithom. Affarijiet personali, u ħafna drabi, meta niltaqa’ ma’ xi ħadd ġdid, nifhmu lil xulxin qisna ilna nafu lil xulxin għal żmien twil.”





Żiedet tgħid, “Minħabba dan bdejt naħseb… forsi n-nies iħossu xi ħaġa. Forsi mhux biss dwar dak li ngħidu imma l-enerġija li nagħtu. Inħossuna siguri, inħossu li xi ħadd qed jismagħna, jarana. Jien qatt ma nsaqsi li xi ħadd biex jafdani imma in-nies qishom joffruhieli xorta waħda. Nieħu ħsiebha sew għaliex il-verità hi li kulħadd jixtieq li xi ħadd jifhmu mingħajr ma jiġġudikah.”

Hi temmet kliemha billi rringrazzjat mill-qalb lil kull min afdaha bi kliemu, l-istejjer, u l-verità tiegħu.

Facebook / Janet Zahra Walker



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI