Spinta Ġdida Mill-Unjoni Ewropea Għal Turiżmu Aktar Sostenibbli U Bilanċjat

Il-Parlament Ewropew approva proposti importanti li għandhom iwasslu għal strateġija ġdida dwar turiżmu sostenibbli fl-Ewropa, li mistennija titħabbar uffiċjalment lejn l-aħħar ta’ Ġunju.

Fost il-miżuri ewlenin hemm il-ħtieġa ta’ regoli aktar ċari fuq kiri għal żmien qasir, b’mira li ssir distinzjoni bejn kumpaniji kbar u sidien privati li jikru dar okkażjonalment. Dan jista’ jwassal għal bidla kbira fis-suq u jgħin biex jinżamm bilanċ aħjar fil-komunitajiet.

Qed issir ukoll enfasi fuq turiżmu aktar mifrux, biex il-viżitaturi ma jibqgħux iffukati biss f’ċerti hotspots. Hemm sejħa għal aktar investiment fil-konnettività, inkluż miżuri Ewropej biex jitnaqqsu l-iżvantaġġi li jaffaċċjaw gżejjer u reġjuni periferiċi.

Fuq quddiem fost dawk involuti f’din il-ħidma kien hemm l-MEP Malti Daniel Attard, li qal li r-rapport tiegħu kien approvat jinkludi miri ambizzjużi u bla preċedent, speċjalment fuq il-kiri għal żmien qasir, li jista’ jwassal għal tibdil kbir fis-settur.

Huwa semma wkoll inizjattivi oħra, bħall-introduzzjoni ta’ “tourism skills card” biex tiffaċilita aktar opportunitajiet ta’ xogħol madwar l-Ewropa, kif ukoll pressjoni fuq il-Kummissjoni biex tindirizza nuqqasijiet fir-regoli dwar single-use plastics, li għadhom jintużaw ħafna fl-industrija tal-ospitalità.

B’mod ġenerali, l-għan hu li t-turiżmu jkompli jikber, iżda b’mod aktar sostenibbli u b’rispett lejn l-ambjent u l-komunitajiet lokali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI