“Kont Naħseb Li S-Sejħa Bħal Taħbita Fuq Xi Bieb….Għalija Mixja, Ordinarja, Siekta” – Patri Ryan Dalli

Il-pjattaforma soċjali tal-Kappuċċini xxerjat dan il-filmat sabiħ dwar il-mixja ta’ Patri Ryan Dalli li wasal għall-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu fis-16 ta’ Mejju.

“Kont naħseb li s-sejħa bħal taħbita fuq xi bieb, ċara,diffiċli tinjora. Għalija mixja, ordinarja, siekta, li għaddietni minn staġuni ta’ stennija, fost elf mistoqsija. Kien hemm drabi li terraqt ‘il bogħod minn dil-mogħdija b’tama li niskopri tweġiba minn xi mkien ieħor. L-imħabba qatt ma’ tista’ tkun sfurzata. Hi għażla libera. U għalhekk erġajt lura mhux għax barra ħażin imma għax qalbi baqgħet hawn. F’dinja mgħaġġla hemm affarijiet li jibqgħu…f’kull staġun tinsab fejn tinsab. Bħas-sejħa t’Alla għalija. Siekta u tistenna: l-iva tiegħi, u hi x’inhi anka l-iva tiegħek. Dejjem ħabbejt il-firxa tas-sema,  iż-żifna tal-friegħi, il-paċi tal-ħolqien li ma jgħajjatx imma li dejjem jitkellem.”

Awguri mill-qalb lil Patri Ryan Dalli OFMCap li wasal għall-ordinazzjoni saċerdotali.

Kompli ara l-filmat hawn hekk.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI