Il-Pajjiżi Skandinavi Esperjenzaw Temperaturi Sħan Rekord Tispjega L-Paġna T-Temp Madwarna

Il-paġna ‘It-Temp Madwarna’ li spiss tagħti informazzjoni immedjata dwar it-temp fuq il-midja soċjali, illum kitbet dwar is-sħana li esperjenzaw il-pajjiżi Skandinavi dan ix-xahar.

Huma kitbu, “Il-pajjiżi Skandinavi tan-Norveġja, l-Iżvezja, u l-Finlandja lkoll esperjenzaw temperaturi sħan rekord għax-xahar ta’ Settembru.”

Huma komplew jispjegaw, “Ix-xitwa li għaddiet kienet waħda eqlel (aktar kiesħa) min-normal f’dawn il-pajjiżi Nordiċi u tipikament kesħin.”

Huma wrew mappa tat-temp f’dawn il-pajjiżi fil-ħamsa ta’ Settembru fejn jidher li f’dawn it-tlett pajjiżi skandinavi t-temp kien ta’ madwar 30 grad ċelsju. Għalkemm dan huwa temp kemmxejn mistenni għas-Sajf ta’ Malta, dawn il-pajjiżi normalment xorta waħda jkollhom ħafna kesħa.





Facebook / It-Temp Madwarna



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI