“Din Hija R-Realtà Tiegħi, Nixtieq Nqajjem Għarfien Fuq L-MS Biex Ta Min Għadha Moħbija Jkun Jaf Fuqha Aktar.” – Janet Zahra Walker

Janet Zahra Walker tibqa’ titkellem fuq il-problema tas-saħħa tagħha, li minkejja ilha ssofri biha snin, skopriet x’għandha eżatt dan l-aħħar.

Hi taqsam ritratt tagħha fejn tuża l-għajnuna biex timxi u tgħid, “Illum kelli intervista ma TVM news, se tixxandar fil-ġranet li ġejjin. Din hija r-realtà tiegħi, nixtieq nqajjem għarfien fuq l-Ms biex ta min għadha moħbija jkun jaf fuqha aktar. Ma hemmx għalfejn tasal sa hawn għax illum hawn kura li tista’ twaqqaf il-proċess ta’ ħsara.”





Janet tkompli tispjega u tappella minn qalha, “Għaldaqstant ukoll nixtieq inqajjem għarfien, mhux biża’ li din hija marda li ma tidhirx mal-ewwel imma ma jfissirx li wieħed qed jivvinta. Ħadd ma jgħid ajma ta xejn. Kellhom jgħaddu 30 sena biex indunaw x’għandi.”

Hi ttemm bil-kliem, “Dejjem kont normali fl-għajnejn. Jekk qegħdin f’dubju, itolbu għal MRI tan-nervituri.” Parir mill-qalb ta’ persuna li sofriet għal snin fis-silenzju.

Facebook / Janet Zahra Walker



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI