Sena ilu, Ira Losco u Sean Gravina qalu iva lil xulxin! Kien it-tieġ li kulħadd kien ilu jistenna żmien u għalkemm il-kelma ġriet li Ira kienet waslet biex tiżżewweġ id-data uffiċjali qatt ma ħarġet pubblika.
Il-koppja xtaqu li tkun ċelebrazzjoni intima bejn familjari u ħbieb mill-qrib tal-koppja. Kienet sena ta' ferħ għall-koppja fejn laqgħu fi ħdanhom iċ-ċkejkna Gigi fil-familja tagħhom. Gigi t-tieni wild ta' Sean u Ira wara li fl-2016 twieled Harry.
Ira qasmet ritratt mas-segwaċi tagħha fuq il-mezzi soċjali tagħha fejn awgurat lil żewġha f'dan il-jum u kitbet, "“Għal ħafna snin oħra flimkien, ta' żfin, daħk, ikel, ivvjaġġar ingwadu lil uliedna u l-affarijiet sempliċi fil-ħajja. Inħobbok Sean.”
Facebook / Ira Losco