Valletta FC sellmu uffiċjalment lil Rowen hekk kif il-vjaġġ tiegħu mal-klabb wasal fi tmiemu wara diversi snin ta’ servizz u suċċessi.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-klabb irringrazzja lill-plejer għall-kontribut kbir tiegħu matul iż-żmien li qatta’ liebes il-flokk abjad u aħmar. Rowen ingħaqad ma’ Valletta FC f’Jannar tal-2017 u minn dak iż-żmien ’l hawn għamel aktar minn 150 dehra mat-tim.
Matul il-karriera tiegħu ma’ Valletta, huwa kellu rwol importanti f’wieħed mill-aktar perjodi ta’ suċċess għall-klabb, fejn għen biex jintrebħu diversi unuri fosthom il-Kampjonat Premier, l-FA Trophy, is-Super Cup, it-titlu tal-Challenge League u l-Jubilee Cup.
Il-klabb sostna li flimkien mat-trofej, Rowen ħalla wkoll għadd ta’ memorji sbieħ li se jibqgħu mfakkra mill-partitarji u minn dawk kollha involuti fil-klabb.
Valletta FC awguraw lil Rowen u lill-familja tiegħu kull ġid għall-futur, filwaqt li rringrazzjawh għal dak kollu li ta lill-klabb matul dawn is-snin.
"Grazzi, Rowen," temm jgħid il-messaġġ tal-klabb.
Facebook / Rowen Muscat