"Il-Fiżjoterapista Ta' ALS Malta U Tagħti S-Servizz Tagħha Lill-Pazjenti Tagħna B’Qalbha Kollha." – Bjorn Formosa

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu Bjorn Formosa kiteb messaġġ biex jirringrazzja lil Maria Azzopardi, fiżjoterapista fi ħdan il-familja ta’ ALS. Kontinwament hi tkun hemm għall-pazjenti u tara li ma jkun jonqoshom xejn.

“Meta nitkellmu fuq kura u dedikazzjoni, mill-ewwel tiġini f’moħħi Maria Azzopardi. L-fiżjoterapista ta’ ALS Malta u tagħti s-servizz tagħha lill-pazjenti tagħna b’qalbha kollha. Tassigura li kull resident ikollu l-għajnuna li għandu bżonn – kemm minn terapisti, kif ukoll minn apparat mediku. Maria, huwa unur li jkollna lilek fil-board ta’ ALS Malta!”

Xerred ritratt ukoll flimkien magħha bħala turija ta’ apprezzament. Prosit Maria!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI