Din il-ġimgħa pajjiżna sar l-ewwel pajjiż li jista' jkollu Sindku jew Viċi Sindku ta' 16-il sena. Iżda din l-aħbar ma niżlitx tajjeb ma' kulħadd. Il-kunsillier minn Ħaż-Żebbup Steve Zammit Lupi jikteb dwar dan.
Hu jibda billi jgħid, "Żgħażagħ ta' 16-il sena: morru ħudu bużż u gawdu l-ħajja. Involvu ruħkom fil-komunità, fil-għaqdiet u każini tal-banda. Morru esperjenza ta' volontorjat. Siefru u duru d-dinja. Esperjenzaw kulturi, nies u ġnus differenti. Studjaw u stinkaw ħa tilħqu l-ambizzjonijiet tagħkom."
Il-Kunsillier Indipendenti jżid, "Politiċi eletti adulti: tistgħu taħdmu biex isaħħu l-Kunsilli Lokali b'reformi bis-sens la darba tridu iżidu l-fiduċja fihom. Jekk tridu tkunu progressivi allura ejja nsaħħu l-operat tagħhom, r-riżorsi tagħhom, il-fondi tagħhom u nneħħu l-influenza partiġjana li dejqet u gerfxet tant nies. Naqsu siġġijiet ta' Kunsilliera bin-nofs, fejn kariga ta' Sindku tkun full-time u kunsilliera tkun part-time. Hekk ngħollu l-livell."
Hu jtemm jgħid, "Ħalli iż-żagħżagħ la darba isiru adulti jitħajru bis-serjetà jkunu ta' servizz għal-lokalitajiet tagħhom għax is-sistema ġenwinament tħajrek tinvolvi ruħek."
Facebook / Steve Zammit Lupi