Awtur Malti Juża L-Kitba Biex Jitkellem Dwar Festival Li Qed Isir Bħalissa Li Fih Jinbigħ Il-Laħam Tal-Klieb

L-awtur Malti Vince De Bono uża l-kitba tiegħu sabiex iqajjem kuxjenza dwar festival kontroversjali li qed isir bħalissa u jseħħ ta' kull sena fiċ-Ċina li jinvolvi l-bejgħ tal-laħam tal-klieb.



Hu wissa dwar il-krudeltà estrema li dan il-festival ikun fih u sostna li din ma tistax tiġi ġġustifikata bl-argument li dan l-avveniment huwa parti minn xi tradizzjoni.

Fil-fatt, l-awtur Malti jfakkar l-oriġini ta' dan il-festival li jmur lura għall-2010 meta l-bejjiegħa lokali bdew jilmentaw li kien naqas drastikament il-bejgħ tal-laħam tal-klieb u allura ħarġu bl-idea li jniedu dan il-festival.

Kemm fiċ-Ċina stess kif ukoll fix-xena internazzjonali, dan il-festival iqanqal kontroversja kbira u fil-fatt hemm ukoll kampanji sħaħ li ġew imnedija matul dawn l-aħħar snin speċifikament bil-għan li jitwaqqaf dan il-festival.

Ritratti:

Four Paws u Facebook / Vince De Bono I

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI