Fuq il-midja soċjali, il-Kunsill Lokali taż-Żejtun indika li Triq Luqa Briffa se tkun qiegħda tinfetaħ mill-ġdid dalwaqt hekk kif ħabbar li x-xogħolijiet f'din it-triq wasslu fl-aħħar fażi tagħhom. Din it-triq kienet ingħalqet ftit xhur ilu wara li ġġarraf ħajt fiha.
Intant, il-Kunsill Lokali Żejtuni rrikonoxxa l-frustrazzjoni tar-residenti u esprima l-fehma tiegħu li din it-triq għandha tinfetaħ mill-aktar fis possibbli.
Facebook / Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun