TWISSIJA: X-Xogħlijiet Fil-Marsa-Ħamrun Bypass Ġew Posposti Għal-Lejla

Jumejn ilu, Infrastructure Malta ħabbret li l-flyover tal-Marsa-Ħamrun bypass se tkun magħluqa l-Ħamis bil-lejl u l-Ħadd matul il-ġurnata għal xogħlijiet ta’ kisi. Madankollu, ix-xogħlijiet tal-bieraħ bil-lejl kellhom jiġu posposti għal llejla “minħabba ċirkostanzi mhux previsti.”

Infrastructure Malta żvelat: “Minħabba ċirkustanzi mhux previsti, ix-xogħlijiet tal-lejla fil-Marsa-Ħamrun Bypass ġew posposti għall-Ġimgħa, 19 ta’ Frar 2021, mit-8pm sal-5:30am tal-għada filgħodu.”





Wieħed għandu jsegwi t-tabelli lejn in-niżla għar-roundabout ta’ taħt il-flyover u lura lejn l-istess Bypass mit-telgħa fid-direzzjoni tat-tramuntana.

Facebook/Infrastructure Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI