“Għalkemm Il-Ħajja Wasslet Biex Inkunu ‘L Bogħod Minn Xulxin, Ir-Rabta Li Teżisti Bejnietna Tibqa’ Soda U Ma Titħassar Qatt.” – Josette Busuttil Lil Ħuha

Illum jiċċelebra għeluq sninu, ħu Josette Busuttil, li narawha fuq Araniissa u hija Viċi-Sindku ta’ Birżebbuġa. Ilbieraħ, kitbet messaġġ mill-isbaħ lil ħuha fejn qaltlu, “Għażiż ħija Saviour Darmanin ,
F’dan il-jum speċjali tal-għeluq sninek, nixtieq nieħu mument biex nibgħatlek dan il-messaġġ minn qalbi, minkejja d-distanza li bħalissa tifridna.”

Hi żżid, “Għalkemm il-ħajja wasslet biex inkunu ‘l bogħod minn xulxin, ir-rabta li teżisti bejnietna tibqa’ soda u ma titħassar qatt. Aħna marbuta mhux biss bid-demm, iżda bit-trobbija, bil-valuri u bl-imħabba li rċevejna fil-familja tagħna. Dawn huma pedamenti li jibqgħu magħna tul ħajjitna kollha.”



Ma’ dan Josette tkompli tgħid, “B’għożża kbira niftakar it-tfulija tagħna, il-mumenti sbieħ li qsamna flimkien bħala familja, flimkien mal-ġenituri tagħna. Dawn huma tifkiriet li jsaħħu r-rabta tagħna u jibqgħu jgħixu fina għal dejjem.”



Hi tgħaddi ringrazzjament, “F’dan il-jum, ma nistgħux ma nsemmux b’ringrazzjament profond lil Missierna fis-Sema , id-daddy tagħna , għall-imħabba, il-gwida u t-tagħlim li tagħna. Intom trabbejtu biex tkunu rġiel ta’ valur, u aħna nixhdu b’kburija n-nisa li sirna llum. Għal dan kollu, nibqgħu dejjem grati… Grazzi, Daddy.”

Josette ittemm bil-kliem, “Nawguralek minn qalbi ħafna saħħa, paċi u hena fil-ħajja tiegħek, illum u dejjem. Oħtok, Josette Busuttil.” F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat!



Ritratti:

Facebook / Josette Busuttil

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI