Bil-Filmat: “Kont Niġi Bbuljata Minn Għalliema” – Maya Tirrakonta Waqt Li Titkellem Fuq L-Inċident Li Ġralha

Wara li spiċċaw fit-tielet post f’X Factor, il-grupp FAITH baqgħu jiltaqgħu u dan l-aħħar ħolqu YouTube Channel fejn qed iżommuna aġġornati bil-materjal tagħhom. Illum ippublikaw filmat bil-logħba, ‘Never Have I Ever’. Waħda mill-mistoqsijiet kienet jekk dawn it-tfajliet qatt għamlux xi operazzjoni.





Kien hawnhekk li Maya fetħet qalbha u tallega li, “Fil-Primarja, kont niġi bbuljata minn għalliema u ħallietni fil-klassi waħdi ma’ studenta oħra li ma tantx kellha grazzja miegħi”. Waqt li kienu qiegħdin hemm, din it-tifla ordnatilha biex tmur ġo gwardarobba li kien hemm fil-klassi. Xħin daħlet ħabtet rasha ma’ wara tal-gwadarobba u ndunat li qassmet rasha. Spiċċat biex kellha tmur tagħmel operazzjoni f’rasha u għad għandha l-punti ġo rasha.

Ema, membru ieħor fil-grupp FAITH, qalet kif spiċċat tagħmel operazzjoni għal xejn f’saqajha u spiċċat biex għandha toqba għal xejn. Araw il-filmat u skopru aktar dwar dawn il-ħames kantanti bravissimi. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI