Lil Marica Cassar bosta jafuha bħala attriċi iżda lil hinn mill-palk u t-televixin, matul dawn l-aħħar snin Marica ddedikat ħajjitha wkoll sabiex fi ħdan il-Caritas tgħin kemm tista’ persuni li jkunu għaddejjin minn xi forma ta’ tbatija.
F’intervista mal-preżentatriċi Maria La Barokka waqt il-programm Ras Imb Ras, Marica tispjega kif matul dawn l-aħħar snin il-Caritas evolviet skont il-ħtieġa tas-soċjetà u minħabba f’hekk il-ħidma ta’ din l-organiżazzjoni filantropika m’għadhiex biss iffukata fuq il-vittmi tad-droga iżda wkoll fuq oħrajn li jkunu qed jaffaċjaw problemi ta’ saħħa mentali minħabba r-realtajiet diversi tal-ħajja.
Marica tkompli tispjega kif il-Caritas bħalissa qed tniedi wkoll gruppi ta’ diskussjoni fost persuni li jkunu għaddejjin minn xi tbatija f’ħajjithom. Hi ssemmi kif fost oħrajn jiġi diskuss kif wieħed jista’ jibdel l-uġigħ tiegħu f’pożittività.
L-attriċi Maltija temmet l-intervista billi rreferiet għal tagħlima partikolari li kienet tgħallmet mingħand il-mibki Dun Victor Grech li għal bosta snin matul ħajtu kien strumentali ferm għall-ħidma tal-Caritas. “Dun Victor kien dejjem jgħallimni li kull bniedem għandu storja ta’ tbatija u għalhekk importanti li ma tiġġudikax iżda tifhem lill-persuna,” ittemm tirrakkonta Marica.
Tista’ ssegwi l-intervista sħiħa billi tidħol HAWNHEKK.
Strieħ fis-sliem, Dun Victor!
TVMi / Ras Imb Ras u X / Bishop CJ Scicluna