Għada, l-Ħadd 5 ta’ Lulju ser tirritorna r-rivista GWIDA isbaħ, ikbar u aqwa minn qatt qabel! GWIDA ser tibda tiġi ppubblikata kull l-ewwel ħadd tax-xahar, b’aktar kontenut.
Fl-edizzjoni ta’ Lulju ser issib intervista esklussiva mal-protagonisti tal-Covid-19 f’Malta. Is-Suprintendent tas-saħħa pubblika Charmaine Gauci, il-ministru tas-saħħa Chris Fearne u virologu Christopher Barbara. Il-GWIDA tkellmet magħhom fuq il-Covid-19 u fuq stejjer ħelwin marbuta mal-familja tagħhom.

Tirritorna l-kompetizzjoni b’rigal fantastiku ta’ €1000. Kull min jixtri l-GWIDA kull xahar issa għandu ċ-ċans li jirbaħ elf ewro fi flus kontanti. Aktar tagħrif tista’ tarah fil-pubblikazzjoni stess.
F’din l-edizzjoni tal-Gwida ser issibu wkoll artikli u dettalji dwar x’tistgħu taraw fuq it-televizjoni. Anke r-rumanz ta’ Strada Stretta ser ikompli, u issa qed nilqgħu t-talba ta’ hafna qarrejja tagħna li nibdew niddedikaw erba’ paġni għar-rumanz.
F’din il-ħarġa se issibu wkoll aktar intervisti esklussivi, artikli ħelwin fuq id-djar u sajf u l-oroskopju! Riċetti ma jonqsux u issa Anton B Dougall ingħaqad mal-kokijiet regolari li ser jibdew jaqsmu r-riċetti tagħhom magħna, kif ukoll il-bravissimu Manuel Xuereb li ta’ kull xahar ser jagħtina riċetta tajba!
Għalhekk titlifx l-aktar rivista popolari bil-Malti! GWIDA fuq kollox u fuq kulħadd.