“Hekk Kif Joqrob Għeluq Snini, Qatt Ma Nħoss Eċitament U Ma Nistenna Xejn Partikolari” – Ira Losco

Il-kantanta lokali Ira Losco fetħet qalbha dwar xi ħsibijiet li bħalissa għaddejjin minn moħħha hekk kif dalwaqt tiċċelebra għeluq sninha.

Hi kitbet fuq il-paġna uffiċjali tagħha, “Ix-xahar li fih nagħlaq għeluq snini – Lulju – hekk kif joqrob għeluq snini, qatt ma nħoss eċitament u ma nistenna xejn partikolari. Inħossni biss ġenwinament ferħana li rnexxieli ngħaddi sena oħra ta’ sfidi li tajt lili nnifsi, u ta’ esperjenzi sbieħ li naqsam man-nies li nħobb l-iktar.”

Żiedet tgħid, “Inħossni grata għaliex il-ħajja hi wisq qasira biex ma tkunx.”

Għandha tassew perspettiva sabiħa dwar il-ħajja għaliex minkejja li kull sena nikbru xi ftit iżjed, huwa wkoll privileġġ mill-isbaħ li għandna l-opportunità ngawdu l-ħajja sena wara sena.





Facebook / Ira Losco



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI