Bil-Filmat: "Huwa L-Isbaħ Sodisfazzjon Li Naf Li Hemm Nies Oħra Jħobbuha" – Missier Theresa Dwar Inspire

Filmat li qasam it-tim ta’ Inspire, ilaqqagħna mal-istorja ta’ Theresa, tfajla li għandha l-kundizzjoni magħrufa bħala Rett Syndrome. Jitkellem missierha dwar l-importanza li jkun dejjem hemm għal Theresa flimkien ma’ martu, u l-familja li sabet f’Inspire.

Jinsab tant kuntent u rasu mistrieħa li bintu Theresa hi tant milqugħa u maħbuba minn Inspire. 

“Tiġi dejjem kuntenta. Għalija dak huwa l-isbaħ sodisfazzjon li naf li hemm nies oħra li jħobbuha. Bħala ġenitur l-iktar ħaġa iebsa hi, x’se jiġri meta tibqax iktar inti hawn. X’se jiġri meta jiena ma nkunx hawn?”

Il-missier ikompli, “Il-pjaċir kbir li għandna li Theresa qed tmur l-Inspire, li tant qed isiru jafuha nies, li jien sirt moħħi mistrieħ li hemm min ħa jifhimha. Jekk jien niġi biex nagħlaq għajnejja, hemm xi ħadd ieħor li jaf Theresa xi tkun trid.”

Segwi l-istorja ta’ Inspire. EJjew nappoġġjaw lil din il-komunità prezzjuża li qed tkun hemm għal tant persuni u familji.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI