Joe Zahra, ir-raġel li ntilef fiż-żona tal-Għargħur u n-Naxxar, instab qawwi u sħiħ!
Jidher li kien hemm bosta nies li offrew l-għajnuna u marru jfittxuh bil-karozzi tagħhom sakemm instab. Joe huwa persuna bi bżonnijiet speċjali u kienet verament kruċjali biex jinstab hekk kif il-kesħa tal-lejl bdiet tagħmel tagħha.
Fuq il-midja soċjali, membru tal-familja ta’ Joe kitbet li hi kburija li hi Maltija. “Kellna total ta’ aktar minn 1600 share fuq Facebook. Grazzi lin-nies kollha li ċemplu u bagħtu messaġġi jgħidulna fejn rawh.”
“U grazzi saħansitra akbar lil dawk kollha li daħlu fil-karozzi tagħhom f’lejl kiesaħ u għinuna nfittxuh. Huwa grazzi għall-pariri u t-telefonati u l-għajnuna tagħkom li nstab qawwi u sħiħ. Grazzi lil kulħadd.”
Facebook/Charles Zahra