Daqt Toħroġ Il-Logħba Ta’ James Bond, B’Parti Kbira Minnha Ambjentata F’Malta

Logħba ġdida ta’ James Bond imsejħa 007 First Light, se toħroġ fis-27 ta’ Mejju fuq PlayStation, PC u Xbox Series X/S.

Il-logħba għandha sezzjoni enormi ambjentata f’Malta – is-sezzjoni fejn iseħħ it-taħriġ tal-MI6, li sservi bħala t-tutorja tal-logħba. Postijiet oħra jinkludu l-Islanda u Londra.

Ħarġet preview ta’ 3 sigħat u nofs u l-logħba diġà rċeviet kummenti tajbin ħafna. Il-logħba se sservi bħala storja tal-oriġini ta’ James Bond, li jibda t-taħriġ tiegħu f’Malta.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI