Ilbieraħ it-tim nazzjonali Malti tal-futbol ħabbar li l-plejers irġiel u nisa se jkunu qed jilgħabu b’kits ġodda fil-partiti li ġejjin.
Fuq il-midja soċjali ġiet żvelata d-dehra ta’ dawn il-kits li hija msejsa fuq iż-żewġ kuluri li jsawru l-bandiera Maltija; l-abjad u l-aħmar.
Fid-dehra ta’ dawn il-kits jispikka wkoll is-salib Malti li kien ukoll prominenti fid-disinn preċidenti.
Facebook / Malta Football Association – 1900