Kull telfa hi weġgħa kbira għall-familjari u l-ħbieb ta’ dak li jkun, imma telfa f’inċident tat-traffiku hi iebsa ħafna. Helen Bugeja, permezz tal-profil tagħha sellmet il-memorja ta’ ħuha l-għażiż li 20 sena ilu bħal-lum kien tilef ħajtu f’inċident sfortunat.
Hi kitbet, “Għażiż ħija llum għalaqt 20 sena li ħallejtni kienet l-ikbar qatgħa li ħadt f’ħajti meta qaluli x’ġara. Kont ġuvni mimli ħajja, twajjeb, ġenwin u tħobb tgħin lil kulħadd, u kulħadd iħobbok u kulħadd urieh dan meta ġie jagħtik l-aħħar tislima fil-knisja tal-Mellieħa u l-pjazza mimlija b’nies li kienu jħobbuk biex isellmulek tal-ahhar.
Tkompli l-messaġġ mill-qalb tagħha lil ħuha, “Imma għażiż ħija jien naf fiċ-ċert li fejn qiegħed tinsab f’idejn tajba għax hemm erġajt sibt l-ommna li tant kienet tħobbna.” Tispiċċa biex tagħlaq il-messaġġ tagħha bil-kliem sabiħ, “Għażiż ħija, int u ommi li qegħdin fis-sema dejjem tarawna u tieħdu ħsiebna minn hemm fuq, aħna ngħidulkom li nħobbukom ħafna u li xi darba nerġgħu niltaqgħu qalbi.”
Telfa bħal din qatt mhu faċli għall-familjari iżda wieħed dejjem iġorr lill-għeżież tiegħu f’qalbu jgħaddu kemm jgħaddu s-snin. Kuraġġ.
Facebook / Helen Bugeja