"Hekk Kif Iżżomm Lil Binti F’Idejk, Niftakar Kif Darba Żammejt Lili… U Kull Ma Tajtni" – Emma Muscat

Il-kantanta lokali Emma Muscat kitbet erba’ kelmiet t’awgurju għal missierha, li ftit ilu għamlitu nannu, hekk kif kellha l-ewwel wild tagħha. 

“Happy Birthday lill-aktar missier tal-għaġeb. Hekk kif iżżomm lil binti f’idejk, niftakar kif darba żammejt lili f’idejk… u kull ma tajtni, l-imħabba, il-protezzjoni, il-paċenzja, il-qawwa silenzjuża tiegħek, issa rrid ngħaddiha lilha. Hemm xi ħaġa tant speċjali dwar li narak issir nannu; ġentili, b’saħħtek, u xorta ġġorr dik l-istess mħabba li rabbieti.”

Emma tirringrazzja lil missierha talli werieha x’inhi l-imħabba bla kundizzjonijiet, u talli ħabbha u għadu jħobbha sal-lum, mhux lilha biss, iżda issa anke lil bintha.

Awguri!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI