Morena, il-kantanta li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2008 bil-kanzunetta Vodka, tista’ tgħid li sparixxiet ix-xena lokali. Konna ilna żmien twil ma narawha u nisimgħu l-vuċi sabiħa tagħha. Iżda b’sorpriża għal ħafna, jumejn ilu ħarġet il-kanzunetta Leħħa Dawl fuq kliem ta’ Fr. George Oscar u mużika ta’ Andrew Zammit.
Morena tikteb, “Wasal il-ħin li magħkom naqsam kanzunetta li GĦALIHA m’hemmx kliem biex niddeskrivi kemm hi speċjali. Kanzunetta li wara ħafna u ħafna snin reġgħet daħlitni ġor-recording studio. Kanzunetta li tiċċelebra l-ħajja mill-bidu nett u tati vuċi lil min m’għandux. Grazzi Fr George Oscar u Andrew Żammit li emmintu fija u tajtuni din l-okkażjoni. Grazzi lit- team kollu! Għalikom… LEĦĦA DAWL.”
Qed nieħdu gost nisimgħu dik il-vuċi Morena! Nittamaw li jkollna ċ-ċans nisimgħu aktar mingħandek!