L-ewwel programmt ta’ Mustaċċuni ntlaqa’ bi kritika qawwija u ħafna ma kienux konvinti minn dak li qed jaraw fuq l-iskrin tagħhom. Infatti, Ray u Ron, semmew il-kritika li rċevew fit-tieni episodju li deher il-Ġimgħa li għaddiet, episodju li kien twil madwar nofs siegħa kollox.
Huma qal li Mustaċċuni ħa jkun qed jirritorna fit-22 ta’ Otturbru minn ġewwa t-Teatru ta’ San Vinċenz u jidher li ħa jkun hemm l-udjenza preżenti wkoll għal dan il-programm. B’żewġ mustaċċuni bħalhom ma trid xejn biex tispiċċa int fuq il-palk.
Iżda nhar il-Ġimgħa, ħa jkun qed jidher il-filmt ta’ Olivia Newton John bl-isem ta’ Hoplessly Devoted to You. Film li joħodna tul il-vjaġġ ta’ ħajjitha bl-attriċi prinċipali tkun il-kantanta Awstraljana u ta’ fama mondjali Delta Goodrem.
Facebook / Mustaċċuni