Il-Kunsill Lokali Ta’ Tas-Sliema Jħabbar Li Se Tiżdied Il-Preżenza Tal-Pulizija Fil-Lokalità

Permezz tal-paġna tagħhom ta’ Facebook, il-kunsill lokali ta’ tas-Sliema ħabbar li se jkun qed iżied il-preżenza tal-pulizija f’tas-Sliema. Din l-aħbar tiġi wara diversi inċidenti f’Tas-Sliema. Jidher li l-kunsill qed jagħmel li jista’ biex in-nies iħossuhom siguri f’Tas-Sliema.

Huma kitbu, “Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliem jixtieq iħabbar li wara taħditiet mal-Prim Ministru u Ministru tal-Intern, minn nhar it-Tnejn 20 ta’ Ġunju l-pulizija se tkun qed tagħmel ronda mill-medda tal-promenda mill-inħawi ta’ Exiles sa Strand mill-5am sa nofsillejl.

Il-Kunsill Lokali se jkun qed jagħmel aktar taħditiet sabiex ikun żgurat li l-ħinijiet tal-għassa jiġu estiżi minn nofs il-lejl sal-5am.”





Facebook / Tas-Sliema Local Council



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI