Bjorn Formosa huwa xempju ta’ ispirazzjoni u determinazzjoni f’Malta, li biddel sfida personali f’missjoni ta’ tama għal ħafna oħrajn.
Wara li rriżulta li kellu l-ALS, huwa waqqaf ALS Malta u fetaħ Dar Bjorn fl-2017 — dar innovattiva li toffri kura 24 siegħa kuljum u trattament speċjalizzat għal persuni b’kundizzjonijiet newroloġiċi severi bħal ALS u MS.
Barra minn hekk, Bjorn huwa magħruf għall-messaġġi pożittivi u mimlijin tama li jaqsam fuq il-midja soċjali, fejn spiss jenfasizza l-importanza tal-imħabba u r-rispett.
Bjorn kiteb dwar l-importanza li nitgħallmu mill-iżbalji, u li nammettu fejn inħossu li żbaljajna.
“Aħna lkoll bnedmin, ilkoll nagħmlu żbalji u se nkomplu nagħmluhom sal-aħħar nett! Irridu biss inkunu umli u dejjem nitolbu skuża għal dak li sar.”
Kliem li fih x’tomgħod Bjorn!