"Kellu Mod Kif Iġiegħel Lin-Nies Jitbissmu… L-Uffiċċju Tagħna Qatt Mhu Ħa Jkun L-Istess Mingħajru" – Owners Best Isellmu L-Memorja Ta' Pawlu

Il-kumpanija Owners Best kitbet messaġġ fejn issellem il-memorja ta’ wieħed minnhom, li ħalla din id-dinja. Dan mhu ħadd ħlief Pawlu, raġel dħuli u li dejjem kien iġib miegħu spirtu pożittiv fl-uffiċini tagħhom.

“Kellu mod kif iġiegħel lin-nies jitbissmu, dejjem jieħu ħsieb dawk ta’ madwaru, u l-ħarsien ġenwin tiegħu għal sħabu u l-maħbubin tiegħu kienet evidenti f’kulma kien jagħmel. L-uffiċini tagħna qatt mhu ħa jkunu l-istess mingħajru,” jikteb it-tim ta’ Owners Best. 

Xerrdu anke ritratt biex ifakkru l-memorja tiegħu. It-tim ta’ Gwida.mt jingħaqad biex isellem il-memorja ta’ Pawlu, u jagħti l-kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI