Sid Ta' 41 Kelb Jispiċċa Ħażin Wara L-Akkużi Li Saru Kontrieh

F’każ li ħareġ ftit ħin ilu u li ġie rrappurtat fuq is-sit Lovin Malta jgħid dwar raġel li ġie projbit milli jrabbi l-klieb għal 25 sena wara li nstab ħati li ma ħax ħsieb lil dawk fil-kura tiegħu. F’deċiżjoni mogħtija mill-qrati lbieraħ, is-sid ingħata multa ta’ €20,000 kif ukoll sentenza sospiża talli ma ħax ħsieb il-41 kelb li kien responsabbli għalihom.

Lovin Malta rrapporta li ħafna mill-klieb kienu maħmuġin, b’uħud jidhru wkoll ma ġewx mitmugħa l-ikel kif sippost. Bejn ħames u sitt iklieb instabu f’gaġeġ fil-kċina tar-raġel mid-direttur tal-Ħarsien tal-Annimali, skont kif qalet il-qorti.

Ir-raġel kien qed irabbi klieb ta’ razza pura, u s-sit jirrapporta li skont il-maġistrat kien jaf kif sippost jiġu mrobbija. Il-klieb kienu tar-razez Cavalier King Charles Spaniels, Pharaoh Hounds, Rough Collies, Chow Chows u Shih Tzus. 

Facebook/ Niekie Gouws







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI