"Illum Awguri Lil Ommi Li Qatt Ma Qatgħet Qalbha Minni U Dejjem Rat Li Jkolli L-Aħjar Ħajja" – Iċ-Ċkejkna Jasmine

F’messaġġ emozzjonali ċ-ċkejkna Jasmine uriet l-apprezzament tagħha lejn ommha għal dak kollu li tagħmel magħha hekk kif illum din tiċċelebra għeluq sninha.

“Grazzi talli dejjem ippruvajt tagħtini l-aħjar ħajja possibbli u qatt ma qtajt qalbek minni,” saħqet iċ-ċkejkna. Hi tisħaq li f’ommha ssib persuna li magħha tista’ tħossha sigura u tiddeskriviha bħala “għalliema u fuq kollox l-aqwa ħabiba tagħha”.

“Kull tbissima, kull pass, u sal-inqas nitfa progress li nagħmel, qatt ma stajt nagħmlu mingħajrek,” temmet tikteb Jasmine b’gratitudni.





Awguri lil omm iċ-ċkejkna Jasmine!

Ritratti: Facebook / Jasmine’s Journey



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI