Fotografu Tal-President U Ta' GWIDA Jsir Missier! AWGURI Matthew!

Illum Matthew Cutajar, wieħed mill-fotografi tal-President ta’ Malta, kif ukoll fotografu tar-rivista tagħna GWIDA ħabbar li sar missier. Dan hu l-ewwel wild tal-familja Cutajar u semmewh Adam. Matthew hu fotografu mill-aqwa u dejjem jirnexxielu jieħu dak ir-ritratt li jmisslek qalbek.





F’dawn is-sentejn ippublikajna 10 rivisti bir-ritratti tiegħu, fost dawn kien hemm dak ta’ Prof. Charmaine, Chris Barbara u Chris Fearne, Danita u Lenny, Bjorn Formosa, Division 7 u Ilsien in-Nisa.



Minn qalbna nixtiequ nibgħatu l-isbaħ xewqat lil Matthew u martu Georganete f’dan il-jum speċjali. Awguri Adam, ser ikollok l-aqwa żewġ imħuħ artisti bhala ġenituri!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI