"Ma Ħaditx Grazzja Mal-Mara Tat-Tifel U Marret Tgħamillha Magħmul… Welldet Tarbija Diformata" – Fr Charles

Intervistat waqt Awla, l-eżorcista Fr Charles Baldacchino isemmi kif matul il-karriera tiegħu kien iltaqa’ ma’ omm partikolari li ma ħaditx grazzja mal-mara ta’ binha u allura meta din ħarġet tqila, marret tagħmel magħmul fuq it-tarbija li ‘l quddiem spiċċat twieldet “diformata”.

“Marret għand saħħar u għamlitilha magħmul fuq it-tarbija,” jispjega Fr Charles filwaqt li wissa dwar is-saħħa tal-okkult u appella sabiex wieħed iżomm ‘il bogħod minn dawn l-elementi.

Bħala eżorcista, Fr Charles saħaq li l-esperjenza twila tiegħu għalmitu li kull min jagħmel kuntatt ma’ dawn l-elementi jew anke jipprova jagħmel kuntatt, ħajtu tista’ tinqaleb drastikament.





Intom x’taħsbu?

Ritratti: Facebook / Awla



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI