"Dik Li Għamlitni Omm Għall-Ewwel Darba… Inħobbok Bla Qies Sabiħa Tiegħi" – Bint Maria La Barokka, Aaliyah, Tagħlaq Sninha

Illum jaħbat għeluq snin persuna importanti immens għall-preżentatriċi u ġurnalista Maria La Barokka Muscat, bintha Aaliyah. Fil-fatt Aaliyah llum qed tiċċelebra għeluq l-20 sena tagħha.

Maria xerrdet diversi ritratti ma’ bintha kif ukoll messaġġ minn qalbha. 

Hi tikteb, “Happy Birthday lil binti Aaliyah, li kienet dik li għamlitni omm għall-ewwel darba… Inħobbok bla qies sabiħa tiegħi.”

Tesprimi kemm hi kburija biha u kemm temmen fiha. Tammira l-kwalitajiet sbieħ kollha tagħha.

Awguri minn qalbna Aaliyah! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI