“Missieri hu persuna vulnerabbli. Għandu l-pulmun bl-asbestos grazzi għax-xogħol li kien jagħmel fl-RAF biex iżommna sewwa,” beda wieħed raġel fuq il-midja soċjali. Hu żvela li minħabba l-Covid, missieru ilu sena ma joħroġ mid-dar.
“Fl-aħħar xahar, saħħtu marret lura mmens u kkonvinċejna lil missieri li aħjar imur l-isptar. Ħsibna li din ħa tkun deċiżjoni għaqlija.”
“Illum nirċievu telefonata, fejn infurmawna li pazjent maġenbu, f’ din is sala mixed, għandu l-Covid, u minħabba f’hekk missieri ġie iżolat. Siegħa wara infurmawna li missieri positive. Bilfors nirrabja u nistaqsi; Allura l-isptar sar iktar perikoluz mid-dar? Possibbli li nies vulnerabbli ma jitpoġġewx għalihom u jitħalltu mal-pazjenti l-ohra u l-viżitaturi tagħhom?”
“Jekk missieri jispicċċa ħazin, min hu responsabbli?”
Facebook/Malta, News, Photos and People