Jinstab Każ Wieħed Tal-Covid-19 Filwaqt Li Jfiqu Ħames Persuni Oħra!

Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat każ ġdid tal-Covid-19 wara li saru 1,480 test fl-aħħar 24 siegħa.

Il-gżejjer irreġistraw ħames irkupri oħra, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 30,147 u n-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 23. Minn meta faqqgħet din il-pandemija, Malta rreġistrat 30,590 każ u wettqet 966,363 testijiet.

B’xorti tajba, ma ġew irreġistrati l-ebda mwiet matul l-aħħar 24 siegħa, li jfisser li n-numru ta’ mwiet baqa’ 420.

Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, 20 ta’ Ġunju, ingħataw 628,1735 doża ta’ vaċċin lil diversi persuni fil-gżejjer. 352,478 minn dawn kienu l-ewwel dożi filwaqt li 288,175 persuna issa huma mlaqqma kompletament.





Facebook / Mater Dei



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI