"Ħabbejtna Sal-Aħħar Nifs… Persważi Li Fil-Maratona Tat-22 Ta' Settembru, Ser Tkun Hemm Magħna" – Bjorn Formosa

Bjorn Formosa sellem il-memorja ta’ persuna li tant ra ġid mingħandha, Christine Cassar. Christine kienet anke ġiet intervistata waqt il-programm ta” DAR Bjorn, Marelli, preżentat minn Maria Formosa.

“Grazzi Christine ta’ kollox… Ħabbejtna sal-aħħar nifs. Ser nimmisjawk ħafna! Persważi li fil-maratona ta’ 22 ta’ Settembru, ser tkun hemm magħna, tissapportjana bħalma dejjem għamilt.”

Minkejja l-kundizzjoni ta’ saħħitha, Christine ma waqfet qatt tagħti minn ħinha u mill-enerġija tagħha għal DAR Bjorn, fejn anke fl-agħar mumenti kienet toħroġ tgħin għall-maratona. Il-kliem tagħha żgur li ser jibqa’ jissemma, “Il-ħajja biex tgħixha u tgawdiha.”

Bjorn ikompli bid-dettalji tal-funeral, “Niċċelebraw il-ħajja ta’ Christine Cassar, waħda mill-akbar voluntiera tagħna, nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Settembru fid-09:30 fi Stella Maris, Sliema.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI