Jum ieħor ta’ luttu għal ta’ Birkirkara hekk kif tħabbret il-mewt tal-eks President tal-Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919, Birkirkara. Huma kitbu, “L-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ Birkirkara tixtieq tesprimi s-sogħba tagħha għat-telfa tal-eks President tagħha, is-Sur Ġożwe’ Gauci, li kien President tal-istess Għaqda bejn l-1995 u s-sena 2003, li illum 4 ta’ Marzu 2021 mar jiltaqa’ mal-Mulej.”
Huma komplew jiktbu, “Ġużi tal-Big Ben, kif kien popolarment magħruf, ħalla marka importanti ħafna fis-soċjeta’ tagħna bi proġetti li swew mitqlu deheb għall-iżvilupp tal-istess soċjetà. Qabel ma okkupa l-kariga ta’ President għal madwar tmien snin, Ġużi kien ukoll kaxxier u anki bandist kurunettista.”
Huma jagħlqu billi jgħidu, “Il-President u l-Kumitat jixtiequ jagħtu l-kondoljanzi lil martu, uliedu w qraba tas-Sur Gauci filwaqt li nħeġġu lill-membri u lill-partitarji kollha sabiex niftakru fih fit-talb tagħna u nitolbu lil Sant’Elena tilqgħu fi ħdan u twasslu għand Alla Missierna. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb.
Facebook / Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919, Birkirkara