Tul l-aħħar ġimgħat, Shasha kienet waħda mill-mistiedna ta’ Ħadd Għalik u waqt l-intervista tal-bidu tal-programm Shasha żvelat kummiedji li darba għamlet waqt li kienet qiegħda d-dar!
Ngħiduha kif inhi… kummiedja imma naħseb kieku konna fil-pożizzjoni tagħha ħafna minnha kienu jagħmlu bħalha, jew agħar minnha. Shasha tirrakkonta kif kienet qiegħda d-dar u fid-daqqa u l-ħin tilmaħ xi ħaġa għaddejjha minn taħt għajnejha.
Hi tirrealizza li kienet rat ġurdien u bil-paniku u l-ħasda li kellha, tajret il-mobile minn idejha u telqet tiġri ‘l barra mid-dar kif kienet. Kif għalqet il-bieb ta’ barra, Shasha bħal donnu rrealizzat li kienet għamlet waħda minn tagħha.
Dak il-ħin kienet qiegħda weħidha d-dar u b’hekk ma setgħetx tidħol lura ġewwa. F’sekonda Shasha spiċċat bil-ħwejjeġ ta’ taħt maqfula barra minn dahra. Imnalla kien il-ġar tagħha li mar jiċċekkja xi ġralha u milli jidher għamlu kuntatt ma’ ommha sabiex tiġi lejn id-dar.
Shasha tistqarr li baqgħet fil-parapett bilqiegħda f’rokna tistenna sakemm tfaċċat ommha d-dar! Anqas temmen, naqra ta’ ġurdien u kkawża paniku sħiħ. Segwu dak li qalet billi tidħlu HAWN.
Facebook / Shasha Fabri