Bjorn Formosa rringrazzja lill-Welfare Fund li jirrappreżenta lill-impjegati tal-Water Services Corporation u l-ARMS wara li dawn sponsorjaw tagħmir mediku u għamlu donazzjoni ta’ €1,907.69 lil DAR Bjorn.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Formosa esprima l-apprezzament tiegħu għal dan il-ġest ġeneruż li se jkompli jgħin lir-residenti ta’ DAR Bjorn. “ll-Welfare Fund li tirrapreżenta l-impjegati tal-Water Services u ARMS sponsorjaw xi tagħmir mediku u taw donazzjoni ta’ €1907.69 lil DAR Bjorn,” kiteb.
Bjorn żied nota umoristika mal-post tiegħu meta rrimarka li wieħed mill-persuni fir-ritratt huwa referee li darba kien irrefja partita li fiha lagħab hu stess. Huwa temm il-messaġġ tiegħu b’ringrazzjament sinċier lil dawk kollha involuti fil-ġbir u fid-donazzjoni.
“Grazzi ħafna,” qal Bjorn Formosa. Il-missjoni tiegħu tkompli minkejja li s-saħħa tiegħu qiegħda tnin.
Facebook / Bjorn Formosa